Laqgħat plenarji tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew
Laqgħat plenarji fl-Istati Membri
For the dates of the meetings and links to meeting documents, see the English language version of this page.
L-NĠE jorganizza mill-inqas tliet laqgħat Plenarji kull sena.
Il-finijiet tal-laqgħat plenarji għandhom ikunu kif ġej:
- sabiex jippermettu lill-punti ta’ kuntatt isiru jafu aħjar lil xulxin u jiskambjaw esperjenza, b’mod partikolari rigward l-operat tan-Netwerk;
- sabiex jipprovdu forum għal diskussjoni ta’ problemi prattiċi u ġuridiċi li jiltaqgħu magħhom l-Istati Membri fil-kuntest tal-koperazzjoni ġuridika, b’mod partikolari fir-rigward talimplementazzjoni ta’ miżuri adottati mill-Unjoni Ewropea.
Tnejn mil-laqgħat Plenarji jiġu organizzati mill-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill (fit-tmiem ta’ kull semestru). Dawn il-laqgħat jippermettu lill-Punti ta’ Kuntatt biex jiltaqgħu ma’ rappreżentanti tal-awtoritajiet fl-Istat Membru ospitanti u biex jaqsmu l-esperjenzi rigward il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali. Għal dawn il-laqgħat Plenarji jkunu mistiedna mill-inqas tliet Punti ta’ Kuntatt minn kull Stat Membru, żewġ Punti ta’ Kuntatt mill-pajjiżi kandidati u Punt ta’ Kuntatt wieħed minn pajjiżi assoċjati u minn pajjiżi msieħba, kif ukoll osservaturi.
Laqgħat Plenarji ġewwa The Hague - Laqgħa regolari
For the dates of the meetings and links to meeting documents, see the English language version of this page.
Darba f’sena, (fi Frar jew f’Marzu), il-laqgħa Plenarja ssir fil-bini tal-Eurojust ġewwa The Hague, ’l hekk imsejħa laqgħa Regolari. Żewġ Punti ta’ Kuntatt tal-NĠE jkunu mistiedna għal-laqgħa Regolari. Il-laqgħa Regolari għandha objettiv u rwol differenti meta mqabbla maż-żewġ laqgħat Plenarji organizzati fl-Istati Membri. Hija ddedikata għall-materji prattiċi u organizzattivi tal-NĠE jew inizjattivi ġodda dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja.
Laqgħat tal-korrispondenti nazzjonali (NCM)
For the dates of the meetings and links to meeting documents, see the English language version of this page.
Il-Korrispondenti Nazzjonali tal-NĠE, li huma responsabbli għall-funzjonament intern tal-Netwerk, jiltaqgħu mill-inqas darba f’sena. L-objettiv tal-NCM huwa li jiżgura eżaminazzjoni dettaljata u diskussjoni tal-attivitajiet tal-NĠE għas-sottomissjoni sussegwenti tal-proposti tal-laqgħa Plenarja tal-NĠE għall-approvazzjoni finali. L-NCM normalment issir f’Ottubru, fil-bini tal-Eurojust ġewwa The Hague.
Laqgħat tal-korrispondenti tekniċi (TCM)
For the dates of the meetings and links to meeting documents, see the English language version of this page.
Il-korrispondenti tekniċi tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew għandhon jiltaqgħu fuq bażi ad hoc, mill-inqas darba fis-sena u kif jiġi stabbilit bħala meħtieġ mill-membri. Il-mira tat-TCM huwa li jiżgura li l-informazzjoni ta’ fuq is-sit web hija pprovduta u aġġornata. It-TCM normalment isir f’Marzu, fil-bini tal-Eurojust ġewwa The Hague.
Laqgħat Reġjonali u Nazzjonali tal-NĠE
Kull sena jiġu organizzati laqgħat Reġjonali u Nazzjonali tal-NĠE fl-Istati Membri. L-għan ġenerali tal-laqgħat huma li jtejbu l-funzjonament tal-Punti ta' Kuntatt tal-NĠE u l-kooperazzjoni ġudizzjarja ġenerali u li jżidu l-għarfien fuq l-NĠE.
Il-laqgħat Reġjonali jinvolvu Punti ta’ Kuntatt minn tliet Stati Membri jew iżjed u jiffukaw fuq problemi li għandhom karattru reġjonali partikolari.
Il-laqgħat Nazzjonali jiġbru l-Punti ta’ Kuntatt fi Stat Membru wieħed u rappreżentanti tal-ġudikatura fil-pajjiż, biex jiddiskutu l-attivitajiet u l-irwol tal-NĠE u jippromovu l-użu tan-Netwerk.
Click here for more information regarding the grant procedure.
EJN funded regional and national meetings 2020:

Guidelines (on the EJN meetings)