Merħba fis-sit web tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew għall-materji kriminali (NĠE)


Merħba fis-sit web tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew għall-materji kriminali (NĠE), sit web iddedikat għal atturi fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali f’materji kriminali. L-NĠE huwa netwerk ta’ punti ta’ kuntatt għall-iffaċilitar tal-kooperazzjoni u għall-istabbiliment tal-kuntatti diretti bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji fl-Istati Membri tal-UE. Is-sit web tal-NĠE joffri strumenti elettroniċi meħtieġa għall-funzjonament tan-netwerk u l-iffaċilitar tal-kooperazzjoni. Is-sit web jinkludi wkoll informazzjoni prattika oħra, li tinkludi l-kooperazzjoni mal-kandidat tal-UE u pajjiżi assoċjati u pajjiżi terzi u netwerks ġudizzjarji oħra. Il-Punti ta’ Kuntatt tal-NĠE, prosekuturi, imħallfin u professjonisti legali oħrajn sejrin isibu informazzjoni u għodod siewja fuq din is-sit.

 

Atlas Ġudizzjarju

L-Atlas Ġudizzjarju tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew jgħinek issib l-awtorità kompetenti li jkollok bżonn tikkuntattja biex titlob kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, skont it-tip ta’ kooperazzjoni (“miżura”) li tintalab.

 

Fiches Belges

Il-Fiches Belges hija għodda li tipprovdi informazzjoni prattika dwar settijiet speċifiċi ta’ miżuri li huma koperti mill-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali.

Il-Fiche Belges tgħinek:

     • tivverifika jekk miżura tkunx applikabbli f’pajjiż partikolari;

     • tivverifika liema lingwa trid tuża fit-talba tiegħek għal kooperazzjoni;

     • tara b’mod ġenerali liema informazzjoni trid tinkludi fit-talba tiegħek.;

     • tqabbel il-miżuri bejn 2 pajjiżi.

 

Kompendju

Il-Kompendju huwa għodda għat-tfassil ta’ talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja, bħal:

     • Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea;

     • Mandat ta’ Arrest Ewropew.

Dan jgħin lill-prattikanti biex

     • jimlew il-formola tat-talba, u jiżgura li ddaħħal l-informazzjoni kollha rikjesta;

     • jimportaw l-indirizz, eċċ. tal-awtorità kompetenti ta’ eżekuzzjoni;

     • iżidu l-logo u l-indirizz uffiċjali mill-organizzazzjoni/awtorità tiegħek.

Il-formoli huma disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE.

 

Librerija Ġudizzjarja

Il-Librerija Ġudizzjarja tan-NĠE f’materji kriminali hija mfassla biex tipprovdi lill-prattikanti legali bid-dokumenti disponibbli kollha relatati mal-istrumenti legali rilevanti tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali.
Il-Librerija Ġudizzjarja tinkludi wkoll l-Istatus ta’ Implimentazzjoni tad-diversi strumenti legali applikabbli għall-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali. Din it-taqsima tipprovdi mhux biss l-istat attwali għad-diversi Stati Membri iżda wkoll, fejn disponibbli, informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ, il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ħoloq għan-notifiki uffiċjali u informazzjoni addizzjonali.

 

EJN Registry

Where the Judicial Library focuses on legal documents within the EU context, the EJN Registry contains documents specific to the EJN: minutes of meetings, presentations, EJN publications, etc. Information in the Registry and the Judicial Library is open to the public, with the former containing also password protected documents that are specifically aimed at Contact Points.

 

Contact Points

The EJN Contact Points section of the website contains contact details of over 400 EJN Contact Points. Given the nature of the section, it is password protected. Access is normally provided to the judiciary in the Member States and can be gained either through the EJN Contact points in the respective Member State or via the EJN Secretariat.

 

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u man-netwerks ġudizzjarji

In-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew, apparti r-relazzjonijiet mill-qrib tiegħu mal-pajjiżi kandidati u assoċjati tal-UE, stabbilixxa wkoll relazzjonijiet ma’ netwerks ġudizzjarji oħra u diversi pajjiżi oħra mhux tal-UE madwar id-dinja.
Bis-saħħa tat-Taqsima Cooperation with 3rd countries and judicial networks (Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u man-netwerks ġudizzjarji) fis-sit web tan-NĠE, il-Punti ta’ Kuntatt tan-NĠE għandhom aċċess online għad-dettalji ta’ kuntatt tal-membri ta’ dawn in-netwerks ġudizzjarji u għall-punti ta’ kuntatt fil-pajjiżi mhux tal-UE. Għaldaqstant, il-Punti ta’ Kuntatt tan-NĠE jkunu jistgħu jassistu lill-awtoritajiet nazzjonali anki meta jkun hemm ħtieġa ta’ kooperazzjoni lil hinn mill-UE.

 

Additional sections

The EJN website contains many more sections that will be of interest for you. The site gives an overview of upcoming EJN meetings in the "Events" section, follows the latest developments in the "News" section, has several pages on the EJN itself, and much more. We invite you to browse and discover the website and hope you find the information you are looking for!

  • ® 2020 EJN. All Rights Reserved